Wirja
- Wirja: Id-Dikjarazzjoni ta’ Schuman
- Il-faħam u l-azzar miġburin flimkien
Filwaqt li l-Istati Ewropej baqgħu marbutin mas-sovranità tagħhom, Monnet u Schuman adottaw approċċ gradwali. Kienu jittamaw li l-integrazzjoni ekonomika twassal għal integrazzjoni politika. Dari l-faħam kien jirrappreżenta madwar 70% tal-konsum tal-enerġija fil-pajjiżi tal-Ewropa tal-Punent filwaqt li l-azzar kien il-materja prima prinċipali għall-industrija u għall-armi. L-għaqda abbażi tal-faħam u l-azzar kienet tirrigwarda 155 miljun konsumatur. Il-ġbir flimkien ta' dawn il-prodotti jagħmel gwerra ġdida bejn Franza u l-Ġermanja ħaġa inimmaġinabbli u materjalment impossibbli.