Wirja
- Wirja: Id-Dikjarazzjoni ta’ Schuman
- Ir-ratifika tat-Trattat KEFA
Ir-ratifika tat-Trattat KEFA saret mingħajr problemi kbar fis-sitt pajjiżi. Il-Komunisti biss kienu ferm kontra l-Pjan ta' Schuman u akkużawh li huwa strument belliċista u imperjalista, li jmur kontra l-interessi soċjali tal-ħaddiema.
Kien fi Franza li r-ratifika kienet l-aktar diffiċli: filwaqt li d-deputati Komunisti kienu kontra l-idea ta' Komunità Ewropea li kienu jarawha ostili għall-Unjoni Sovjetika, il-Gollisti kkritikaw in-natura sovranazzjonali tal-Awtorità Għolja. Il-proċess ta' ratifika seta' madankollu jitlesta fis-sajf tal-1952.