- Wirja: Is-70 anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta' Schuman. 9 ta' Mejju 1950
- Schuman, "raġel tal-fruntieri"
Schuman, li twieled il-Lussemburgu fl-1886, art twelid ommu, kien raġel tal-fruntieri. Missieru, ta' ċittadinanza Ġermaniża, kien oriġinarjament minn raħal fil-Lorraine anness mar-Reich fl-1871 wara l-Gwerra Franko-Prussjana. Schuman qatta' tfulitu l-Lussemburgu iżda kompla l-istudji universitarji tiegħu f'Bonn, Munich, Berlin u Strasburgu. Wara mar joqgħod Metz fejn ħadem ta' avukat u kiseb iċ-ċittadinanza Franċiża wara l-Ewwel Gwerra Dinjija.
L-istorja personali ta' Schuman għamlitu għalhekk partikolarment sensittiv għall-firdiet bejn il-pajjiżi Ewropej. Sostenitur ferventi tal-proġett Ewropew bħala mezz biex jissaħħu l-paċi u l-kooperazzjoni, Schuman ippromwova, diġà fl-1949, it-twaqqif tal-Kunsill tal-Ewropa fi Strasburgu, belt simbolu tar-rikonċiljazzjoni Franko-Ġermaniża.